Twiebet Kayaking Club: Servizz tat-trasport ġdid għalik

 —
Rating
Likes Talking Checkins
2 0
About TWIEBET KAYAKING CLUB

Servizz ta' trasport li jħabbatha ma' dak ta' Venezia...

Erħulha lejn il-Widien ħalli taraw it-Twiebet li qed noffru...

Proġett ko-finanzjat mill-UE u mill-Għaqda Deffiena Maltin.
Description Minjaf kemm il-darba tkun ħiereġ liebes pulit...
bl-evening gown kollha antaċċjoli u lewlu...
u eżatt x'ħin tirfes il-barra tispiċċa tgħaddas saqajk f'għadira ilma!
jew...

tqum għax-xogħol it-Tnejn filgħodu, wara weekend titbaħrad u tiżżabel ma' dik/dak u ma' l-oħra/ieħor...
b'għajnejk nofshom magħluqin...
tipprova ddaħħal iċ-ċavetta fil-lock tal-karozza...
u l-karozza ma ssibhiex għax ikun ġarrielek l-ilma bil-lejl!
jew...

tkun fi triqtek għall-iskola...
tistenna tal-linja jew lil tal-vann biex jiġu għalik...
u dawn ma jitfaċċawx għax it-toroq mgħarrqa kollha bl-ilma!

tispicca f'dilemma...
ma tafx x'ħa tagħmel...
inkwetat...
biex ħa mmur ix-xogħol/skola?

It-Tnejn, 25 ta' Ottubru 2010 - IL-JUM TAS-SOLUZZJONI!

'TWIEBET KAYAKING CLUB' qed noffrulek servizz ġdid B'XEJN għal meta tispiċċa f'xi sitwazzjoni simili għal dawn ta' fuq!
Noffrulek twiebet water-proofe u resistant u b'hekk il-kalzetti u l-qalziet xotti joħorġu mid-dar u xotti jerġgħu jidħlu!

Garanzija ta' 30 sena

'Twiebet Kayaking Club: Servizz tat-trasport ġdid għalik!'

P.S. Fil-futur qed naħsbu fuq xi Twiebet personalizzati!
Share

Reviews and rating

Avatar
Rate this community